Home
Kwalita`Malta huwa proġett li ġie nnizjat mill-Business Forum tal-Partit Laburista nhar it-23 ta` Frar ta` din is-sena. Dan il-proġett nħoloq bil-għan li jkun pjattaforma għall- prodotti Maltin, kif ukoll huwa intiż sabiex jesponi l-ħila u l-kapaċita` ta` intrapriżi lokali, kemm dawk kbar kif ukoll dawk iżgħar.

Numru ta’ kumpaniji lokali, li ġejjin minn oqsma diveri fis-settur tal-manifattura, għażlu li jipparteċipaw f’dan il-proġett. Fost is-setturi nsibu dawk ta’ kostruzzjoni, għamara, ikel, xorb, arti, disinn, moda, kommunikazzjoni, artiġjanat...
Kwalita’ Malta għażel li jesponi dawn il-kumpaniji diversi permezz ta’ mezzi ta’ kommunikazzjoni differenti.
L-ewwel mezz huwa dak televiżiv, fejn qed jittelgħu numru ta’ programmi fuq ONE. It-telespettaturi qed ikollhom l-opportunita’ li jiltaqgħu ma rappreżentanti minn dawn il-kumpaniji, fejn qed tingħata ħarsa aktar mill-qrib lejn l-operat tagħhom kif ukoll lejn il-bidu tal-intrapriżi u l-isfidi li ltaqgħu magħhom minn żmien għal żmien.
Dan qed isir permezz ta` intervisti kif ukoll b'numru ta` features li juru b'mod aktar grafiku sewwasew dak illi jkun qiegħed jingħad dwaru fl-istudio.
Apparti minn hekk, dawn il-kumpaniji qed jipparteċipaw fuq programm fuq ONE Radio, qed jittella informazzjoni dwarhom fuq is-sit elettroniku ta’ Kwalita Malta, kif ukoll fuq Facebook.
L-għan ewlieni ta’ Kwalita’ Malta huwa li dan kollu jwassal għal fiera li sejra ssir fil-Malta Fairs and Conventions Centre (MFCC) ġewwa Ta` Qali li sejra tittella` bejn it-18 u l-20 ta` Novembru.
F’din il-fiera ser ikunu esebiti l-kumpaniji kollha li għażlu jipparteċipaw f’dan il-proġett, fejn il-pubbliku qed jiġi mistieden hawn biex jiltaqa ma rappreżentanti minn dawn l-intrapriżi diversi.
| Attachment | Size |
|---|---|
| Click here to see the menus available during the fair. | 170.55 KB |
| More information about Olive Oil tasting course | 41.72 KB |
